LC CARE PROJECT GRANT SUPPORT SCHEME

Permezz ta’ għajnuna u incentivi lill-Kunsilli Lokali li joħorġu b’ideat ġodda u proġetti pożittivi fl-interess tal-annimali partikolarment l-istrays fil-lokalità rispettiva, il-Ministeru tal-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima se jkun qed iwettaq wegħda elettorali oħra   tal-Gvern.  L-inċentivi huma applikabbli wkoll għall-ħolqien ta’ dog parks u Cat Cafes fil-lokalità.

Applikazzjonijiet għal din l-għajnuna jistgħu jitniżżlu mil-website tad- Direttorat Gvern Lokali – Strategija u Implementazzjoni ta’ Policy – https://localgovernment.gov.mt.
   
L-għotja m'għandhiex taqbeż it-80% tal-ispiża totali stmata tal-proġett (inkluż il-VAT). F'każijiet meta Kunsill Lokal jissieħeb ma’ NGO rreġistrata mal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji u konformi mal-Att dwar l-Organizzazzjoni Volontarja 2007 u l-leġiżlazzjoni sussidjarja tagħha, l-għotja tiżdied għal 90% tal-ispiża totali stmata tal-proġett (inkluż il-VAT).

L-applikazzjoni flimkien mad-dokumenti rikjesti  [f’PDF Format u firma fuq kull karta] għandhom jintbagħtu  sat-12 ta’ Lulju 2019 fl-indirizz elettroniku lccareproject.mesdc@gov.mtApplikazzjonijiet li jaslu tard ma jiġux aċċettati.