kkawżati mill-maltemp li laqat il-gżejjer Maltin nhar it-23 u l-24 ta’ frar 2019.
Sfond tal-Iskema
Maltemp qawwi ħafna, li
jista’ jiġi mqabbel ma’ diżastru naturali, laqat il-Gżejjer Maltin bejn it-23 u
l24 ta' Frar 2019. Irjieħ qawwija forza ta’ riefnu li laħqu veloċità ta’ 133 Km
fis-siegħa, perjodi ta’ xita qliel, kif ukoll silġ, ikkawżaw ħsarat lill-uċuħ u
lill-istrutturi tar-raba fil-Gżejjer Maltin, li rriżultaw f'telf kbir
għas-settur agrikolu.
L-għan ta’ din l-Iskema
huwa li tipprovdi assistenza finanzjarja għal parti mill-ispejjeż assoċjati
mattiswija u / jew it-tibdil ta’ ċerti strutturi li ġarrbu ħsara mill-maltemp
imsemmi.
Spejjeż Eliġibbli
- Spejjeż assoċjati mat-tiswija u / jew bdil ta’ serer jew tunnels.
- Spejjeż għall-bini mill-ġdid / restawr ta’ ħitan tal-ġebel niexef (dry stone walls) u ħitan tas-sejjieħ li jilqgħu l-ħamrija.
- Spejjeż assoċjati mat-tibdil / tiswija ta’ mtieħen tradizzjonali tal-ilma.
- Xogħol tal-ġebel jew tal-azzar biex jinbidlu u / jew jissewwew ħsarat imġarrba fl-irziezet kif irreġistrati mal-VPRD.
- Spejjeż magħmula għaċ-ċertifikazzjoni minn perit bil-warrant sa massimu ta’ 5% tal-ispejjeż eliġibbli.
L-ispiża tat-tiswijiet għal ħsarat li mhumiex iċċertifikati u kkawżati direttament mill-maltemp qawwi, inkluż dawk fejn il-ħsara jew id-deterjorazzjoni kienu preżenti qabel il-maltempata.
Spejjeż għat-tiswija ta’ strutturi li diġà huma koperti minn finanzjament pubbliku, kemm jekk nazzjonali jew tal-UE, assigurazzjoni privata jew kwalunkwe forma oħra ta’ finanzjament.
Spejjeż għat-tiswija ta’ strutturi li mhumiex konformi mar-rekwiżiti legali applikabbli, inklużi dawk mhux koperti minn permess tal-ippjanar.
Spejjeż għat-tiswija ta’ strutturi li jinsabu f'’egħlieqi li ma kinux irreġistrati fuq l-applikant fir-Reġistru tal-Bdiewa (IACS) tad-Direttorat tal-Agrikoltura u / jew irziezet tal-bhejjem mhux irreġistrati mal-VPRD qabel il-maltempata.
Spejjeż ta’ tiswijiet / bini mill-ġdid ta’ ħitan tal-ġebel niexef u ħitan tas-sejjieħ li jilqgħu l-ħamrija, jekk it-tiswijiet meħtieġa ma jaqbżux selħa ta’ metru (1m).
Stima (bill of quantities) maħduma minn perit bil-warrant, akkumpanjati minn dikjarazzjoni ċara u mhux ambigwa, skont il-mudell tad-dikjarazzjoni annessa mal-formola tal-applikazzjoni, wara li
Jkun eżamina l-istrutturi li għandhom jissewwew fuq il-post, fejn jikkonferma li t-tiswijiet jew ittibdil jappartjenu u huma limitati għal danni mġarrba mill-maltemp ta’ bejn it-23 u l-24 ta’ Frar, u ma taqbiżx il-valur ġust tas-suq tal-istrutturi ddikjarati qabel il-maltempata.
Evidenza fotografika li turi b’mod ċar il-ħsara lill-istrutturi proposti għat-tiswija.
Fil-każ ta’ ħitan tas-sejjieħ, evidenza fotografika li turi b’mod ċar iż-żona u l-post fl-azjenda talħajt/ħitan tas-sejjieħ li għandha tissewwa, bil-qisien (għoli u tul) kif iddikjarat minn perit bilwarrant.
Pjanta tas-sit awtentikata minn perit bil-warrant li tidentifika b’mod ċar iż-żona u l-istruttura speċifika li se tissewwa.
Stima waħda ffirmata għalservizzi professjonali relatati mat-tiswija, jew fejn laħqu saru xi tiswijiet ta’ emerġenza qabel il-pubblikazzjoni ta’ dawn il-linji gwida, l-irċevuti fiskali oriġinali.
Permess tal-ippjanar għall-istrutturi kollha fejn dan huwa meħtieġ bil-liġi.
Benefiċjarji Eliġibbli
L-assistenza hija limitata għal bdiewa u / jew SMEs attivi fis-settur primarju tal-produzzjoni agrikola li kienu rreġistrati bħala bdiewa fir-Reġistru tal-Bdiewa (IACS) tad-Direttorat tal-Agrikoltura u / jew dawk li jrabbu l-bhejjem irreġistrati mad-Dipartiment dwar ir-Regolamentazzjoni Veterinarja u Fitosanitarja (VPRD) qabel it-23 ta’ Frar 2019 u li l-assi strutturali tagħhom ġarrbu ħsara minn din il-maltempata.
Valur Massimu ta’ Ħlas
Ir-rata massima għal finanzjament tal-ispejjeż eliġibbli hija sa 45%.
Downloads