Qed tistaqsi liema kategorija tappartjeni għaliha l-għalqa jew ir-razzett tiegħek?
Il-kategoriji huma bbażati fuq produzzjoni annwali (Standard Output) li jiġi kkalkulat minn kemm tipproduċi.
🌾 Għelieqi:
- Kategorija 1: Inqas minn €4,000 fis-sena – ❌ mhux kummerċjali
- Kategorija 2–5: Minn €4,000 'il fuq, skond iż-żona u l-produzzjoni:
- Kategorija 2: sa 1.5 ettari – sa €14,000 SO
- Kategorija 3: >1.5 sa 5 ettari – sa €47,000 SO
- Kategorija 4: >5 sa 9 ettari – sa €84,000 SO
- Kategorija 5: Aktar minn 9 ettari – fuq €84,000 SO
Bhejjem:
- Kategorija 1: Inqas minn €4,000 – mhux kummerċjali
- Kategorija 2–5: Skond il-produzzjoni:
- Kategorija 2: sa €44,000 SO
- Kategorija 3: sa €53,000 SO
- Kategorija 4: sa €64,000 SO
- Kategorija 5: fuq €64,000 SO
Għandek għelieqi u annimali? Din tissejjaħ attività mħallta u d-Direttorat ser jikkalkula total wieħed skont ir-razzjonalizzazzjoni.
Dan kollu se jgħinek:
✅ Tikseb aċċess għal skemi ta’ appoġġ finanzjarju u tekniku mmirati għall-kategorija tiegħek.
✅ Ikollok klassifikazzjoni ċara għall-iżvilupp tan-negozju agrikolu tiegħek.
@followers @topfans #Agrikoltura
... See MoreSee Less